Mijiet ta’ proċeduri tal-kura tal-kanċer qed jiġu posposti minħabba dewmien fil-provvista ta’ sustanza radjoattiva mill-Italja. Dan filwaqt li l-makkinarju ta’ €4 miljuni li jista’ jipproduċi din is-sustanza f’Malta mhux qed jintuża’.
Matul is-snin li għaddew, pajjiżna kien qed jimporta din is-sutanza li tintuża waqt testijiet marbuta mal-kanċer bħal CT scans. Dan normalment isir għal dijanjosi tal-pazjenti kif ukoll biex ikun issorveljat l-effettività tat-terapija fl-Isptar Mater Dei, apparat li jintuża primarjament għal pazjenti tal-kanċer.
Peress li huwa radjoattiv, dan il-materjal għandu ħajja qasira u għandu jintuża fi ftit sigħat minn meta jiġi prodott f’Ruma. Dan ma jistax jinħażen, għalhekk irid jiġi ordnat u jasal fil-ħin għal appuntamenti skedati.
Skont sorsi li tkellmu mas-sit ta’ Times of Malta, jidher li matul is-snin li għaddew kien hemm diversi okkażjonijiet meta l-kunsinna ordnata ma ntbagħtitx minn Ruma għal Malta. Dan ikkawża numru kbir ta’ posponimenti f’dawn il-poċeduri marnuta mal-kanċer.
Pero, dawn il-pospinimenti setgħu jiġu evitati b’mod faċli mill-awtoritajiet Maltin hekk kif f’pajjiżna għandna apparat bl-isem ta’ cyclotron li jista’ jipproduċi s-sustanza madanakollu għal xi raġuni dan l-apparat “għadu fil-kaxxi” biswit l-Isptar Mater Dei u sal-lum għadu qatt ma ntuża’.
L-apparrat inxtara minn Vitals Global Healthcare għal €4 miljuni. L-istess Vitals li rċieva aktar minn €50 miljun mill-Gvern Laburista biex imexxi tliet sptarijiet f’pajjiżna lura fl-2016. Sussegwentament Vitals kien ittrasferixxa l-isptarijiet ta’ pajjiżna lill-Steward Health Care fl-2018 wara diffikultajiet finanzjarji iżda ċ-ċiklotron, li hu tant importanti biex isalva l-ħajjiet ta’ mijiet ta’ Maltin u Għawdxin, baqa’ qatt ma ntuża’.
L-istatistika turi li fis-sena 2020 kien hemm tnaqqis kbir fil-proċeduri marbuta mal-kanċer meta saru 1,613 scan bl-użu tas-cyclotron li kien importat mill-Italja. Dan juri tnaqqis meta mqabbel mas-snin preċedenti hekk kif fl-2019 saru 1,952 scan u fl-2018 saru 1,808.
Kelliem għall-Ministeru tas-Saħħa kkonferma li, matul l-aħħar snin, “il-proċeduri kellhom jiġu posposti”. Filwaqt li ma kkwantifikax in-numru ta’ posponimenti, il-kelliem qal li, fl-2020, l-ammont annwali ta’ PET u CT scans ra tnaqqis minħabba l-pandemija tal-COVID-19 li affettwa l-iskedi tat-titjiriet iżda fl-ebda ħin ma qal li f’pajjiżna diġa jeżisti apparat li jista’ joħloq din is-sustanza tant importanti.
Fi stqarrija, il-grupp tas-soċjetà ċivili Repubblika qal li l-korruzzjoni fil-Gvern Laburista saħansitra wasslet għall-ħolqien ta’ fabbrika tal-kanċer fl-Isptar Mater Dei.
//= $special ?>