“It-tobba issa se jkollhom jagħżlu min jgħix u min imut” – Din kienet id-dikjarazzjoni b’saħħitha tal-President tal-Union tal-Infermiera u l-Qwiebel (MUMN) Paul Pace.
Fil-kummenti lil The Malta Independent dwar is-sitwazzjoni tal-COVID-19 f’pajjiżna, Paul Pace saħaq li huwa favur li Malta tidħol f’lockdown ieħor. Dan wara li l-miżuri li ħa l-Gvern seħħew tard wisq, bil-konsegwenza li illum Malta qed tikser rekord wara l-ieħor fir-rata ta’ infezzjonijiet.
Il-President tal-MUMN stqarr li huwa ċar li din mhux sitwazzjoni fejn taqbel jew ma taqbilx, iżda sitwazzjoni realistika li qed taffetwa lil kullħadd. Hu kompla jgħid li r-restrizzjonijiet ġodda maħruġa mill-Gvern ma kellhom ebda effett fuq il-mod ta’ kif qed jinxtered il-virus.
Paul Pace ddikjara li “wasal iż-żmien li jittieħdu d-deċiżjonijiet diffiċli iżda neċċessarji biex nipproteġu lill-pajjiż. Jekk dawn id-deċiżjonijiet ma’ jittieħdux is-sitwazzjoni se tkompli tiggrava”. Hu iddikkjara li l-Gvern poġġa lit-tobba f’sitwazzjoni diffiċli ħafna, fejn issa se jkollhom jibdew jagħżlu min se jgħix u min se jmut għaliex is-soddod fl-ITU issa spiċċaw mimlijin.
Meta Paul Pace ġie mistoqsi min għandhu jġorr ir-responsabilita tas-sitwazzjoni preżenti minħabba l-COVID-19, stqarr li r-responsabilita taqa’ fuq min ta l-impressjoni li n-normalità hija ftit xhur ‘il bogħod mentri r-realtà hi kompletament differenti.
//= $special ?>