Lokali Qorti

Jinżamm Monte Carmeli raġel bi problema li qed jistenna bil-ħerqa trattament ta’ psikjatra

Raġel ta’ 39 sena residenti Ħal-Qormi b’diversi problemi ta’ droga nżamm Monte Carmeli wara li tressaq il-Qorti mixli li kiser il-kundizzjonijiet tal-libertà proviżorja.

Fil-Qorti ]are[ li Marvin Farrugia abbanduna l-programm ta’ rijabilitazzjoni 10 t’ijiem wara li ngħata ordni ta’ trattament mill-Qorti, meta l-psikjatra maħtur mill-Qorti qatt ma deher.

Minn naħa tiegħu Marvin Farrugia ma setax ilaħħaq mingħajr ma jingħata l-attenzjoni meħtieġa mill-psikjatra. Huwa xorta attenda sessjoni mal-Caritas u t-test tal-awrina tiegħu rriżulta negattiv.

Huwa kellu jattendi wkoll sessjoni mal-psikjatra personali tiegħu minħabba l-fatt li dak maħtur mill-Qorti qatt ma deher. Huwa baqa’ bil-għaqal u bl-aħjar imġieba sa minn meta abbanduna l-programm ta’ riabilitazzjoni.

Minn dak li ħareġ fil-Qorti rriżulta li dan huwa każ sfortunat fil-konfront ta’ Marvin Farrugia li spiċċa l-vittma . Il-Prosekuzzjoni mmexxija mill-Ispettur Audrey Micallef li ressqet lil Marvin Farrugia talbet biex jiġi revokat il-ħelsien mill-arrest u anke tordna li l-garanzija personali li huwa għamel jgħaddu favur il-Gvern.

L-Avukat tiegħu Jason Grima qal li l-akkużi nħarġu għax kellu argument mal-ġenturi tiegħu u li għandu problema kbira ta’ droga u għandu bżonn ħafna għajnuna u hemm il-ħtieġa li jagħmel programm. In-nuqqas ta’ dan ma kienx it-tort tiegħu.

Kompla li l-istat mentali tiegħu mhux sew ħareġ mix-shelter biex jaqta’ xagħru u li meta ried imur lura għall-kura qalulu le. L-Uffiċjal tal-probation Marianna Zammit qalet li ilha ssegwih minn 25 Lulju sa Novembru u kellu probation order ta’ sentejn. Ikkonfermat li qed jistennew biex jinħatar psikjarta malajr.

Xehdet mill-Caritas Maria Caruana wara li li ma setax joqgħod fix-xelter, kien qed iħossu sfurzat, ma riedx jagħmlu. Xehed ukoll George Falzon, li jiġi s-sieħeb tal-qariba ta; Marvin u li dejjem qed isegwih.