B’effett immedjat il-Knisja qed twaqqaf il-funzjonijiet reliġjużi kollha, għajr
għall-quddiesa tal-funeral u ċ-ċelebrazzjoni tar-rit taż-żwieġ. Dawn il-miżuri li ġew imħabbra aktar kmieni illum, se jibqgħu fis-seħħ sal-11 ta’ April.
Iċ-ċelebrazzjonijiet tal-quddiesa ser jibqgħu jixxandru fuq il-televiżjoni u anka online, filwaqt li l-knejjes prinċipali se jibqgħu miftuħa għat-talb privat. Biex wieħed jidħol fil-knisja għandu jibqa’ jimxi mal-miżuri kollha preżenti għall-ħarsien tas-saħħa.
F’dan iż-żmien diffiċli, l-Isqfijiet ta’ Malta u Għawdex iħeġġu lill-poplu Malti biex ikompli josserva id-direttivi filwaqt li jappellaw għat-talb għas-saħħa tal-poplu.
//= $special ?>