Futbol Sport

Juventus eliminati f’partita drammatika

(Ritratt: EPA)

Fl-Allianz Stadium Juventus kienu eliminati minn Porto mill-UEFA Champions League minkejja li rebħu 3-2 wara l-ħin barrani f’partita drammatika. Dan wara li Porto kienu rebħu l-ewwel leg 2-1 u b’hekk il-konfront intemm b’aggregate ta’ 4-4 bit-tim Portugiż jikkwalifika minħabba li skorja żewġ gowls away.

SERGIO OLIVEIRA fetaħ l-iskor għal Porto minn penalty, biex żewġ gowls ta’ FEDERICO CHIESA fitd-49 u fit-63 minuta dawwru l-partita 2-1 favur Juventus, liema skor kien wieħed identitku fil-Portugall bil-partita tmur għal ħin barrani. Porto kellhom ukoll lil Mehdi Taremi mkeċċi fl-54 minuta wara li ntwera’ t-tieni karta safra.

Fil-ħin barrani, Porto ġabu l-gowl tad-draw fil-partita permezz ta’ freekick mill-isbaħ ta’ SERGIO OLIVEIRA biex fil-117-il minuta, ADRIEN RABIOT tefa’ lil Juventus fil-vantaġġ fil-partita iżda kienu Porto li kwalifikaw permezz ta’ aggregate ta’ 4-4.