Lokali Qorti

L-Ispettur Taliana f’każ fuq drittijiet tiegħu wara li fost oħrajn twaqqaf milli jkompli jinvestiga każ fuq politiku

L-Ispettur Elton Taliana

L-Ispettur Elton Taliana jinsab għaddej f’battalja legali għad-drittijiet tiegħu meta jinsab f’battalja legali kontra l-Kummissarju tal-Pulizija u l-Avukat tal-Istat fuq diversi binarji, fosthom li twaqqaf milli jissokta b’investigazzjoni kriminalu fil-konfront ta’ politiku, fuq arrest illegali fil-konfront tiegħu u li ġie mċaħħad milli jingħata promozzjoni għal rank ta’ Supretendent.

L-Ispettur Taliana nieda proċeduri fil-Prim Awla tal-Qorti Ċivili, Sede Kostituzzjonali b’rabta ma’ arrest illegali li sar fuqu fis-16 ta’ Jannar li għadda, u propju dak inhar meta ġie mċaħħad li huwa ngħata l-promozzjoni fil-Korp tal-Pulizija.

Barra minn hekk l-Ispettur Taliana qed jipproċedi kontra l-Kummissarju tal-Pulizija u l-Avukat tal-Istat minħabba li ħabta u sabta twaqqaf milli jkompli jinvestiga każ li seta’ jwassal biex ikun identifikat persuna b’involviment fil-politika u li allegatament iżda għandu rabtiet fil-kriminalità.

L-Ispettur Taliana, permezz tal-Avukat tiegħu Joseph Zammit Maempel qed jitlob lill-Qorti Kostituzzjonali li tiddikjara u tiddeċiedi li l-mandat ta’ arrest fil-konfront tiegħu, jikser id-drittijiet fundamentali tiegħu, u li sar bi skop malinn.

Taliana qed jikkontendi wkoll li huwa qed isofri minn dan il-ksur mhux biss kif tgħid il-Kostituzzjoni ta’ Malta, iżda wkoll skont il-Konvenzjoni Ewropea tad-Drittijiet tal-Bneidem.

Huwa qed jitlob lill-Qorti biex tiddikjara li l-ogħla awtoritaà fil-Korp tal-Pulizija u l-Istat aġixxew kontra l-liġi minħabba li spiċċa detenut u interrogat għax għamel xogħolu. Il-Qorti ntalbet ukoll biex tordna dawk ir-rimedji kollha opportuni biex issir reviżjoni fuq il-promozzjoni li huwa kellu jingħata.