Internazzjonali

L-isptarijiet fil-Brażil f’xifer kollass

L-isptarijiet fil-Brażil jinsabu f’xifer kollass hekk kif il-pandemija fil-pajjiż għadha qed tagħmel ħerba.

Dan ħareġ minn rapport tal-Fiocruz – istitut tas-Saħħa bbażat f’Rio de Janeiro.

Ir-rapport jindika li aktar minn 80% tas-sodod tat-taqsima tal-kura intensiva huma mimlija fil-biċċa l-kbira tal-istati tal-pajjiż.

Il-Brażil irreġistra 1,972 mewta lbieraħ biss – rekord ġdid għall-pajjiż minn kemm ilha li beda jinfirex il-virus.

Sa issa l-Brażil irreġistra  11-il miljun każ tal-Covid 19 u 266,000 vittma. Dawn iċ-ċifri jpoġġu lill pajjiż tal-Amerika t’isfel fit-tieni post għan-numru totali ta’ mwiet.

L-istitut f’Rio de Janeiro qalli l-ġlieda kontra l-Covid intilfet tul l-2020 u jidher li ftit li issa jeħtieġ miraklu fit-tilqim jew bidla radikali fil-mod kif qed tkun immaniġġjata l-pandemija.