Futbol Sport

Manchester City jirritornaw għar-rebħ

(Ritratt: EPA)

Mit-telfa fid-derby kontra Manchester United, reazzjoni immedjata minn Manchester City li ftit tħabtu biex għelbu lil Southampton 5-2. Wara biss 15 il-minuti KEVIN DE BRUYNE għeleb lil Alex McCarthy b’Manchester fil-vantaġġ. Għaxar minuti wara Aymeric Laporte, ġibed mill-flokk lil Jannik Verstergaard bir-referee Jon Moss isaffar penalty. Taħ JAMES WARD PROWSE li għamel l-iskor 1–1 .

Fl-40 minuta kien RIYAD MAHREZ li mill-ġdid għeleb lil McCarthy sabiex fit-tielet minuta tal-ħin miżjud kien ILKAY GUNDOGAN li kabbar l-iskor għal 3–1 . Fit-tieni taqsima l-andament baqa’ l-istess l-aktar wara li fil-55 minuita minn azzjoni ta’ Phil Foden, mill-ġdid MAHREZ għeleb lil McCarthy . Minuta wara kien CHE ADAMS li għeleb lil; Ederson Moraes għal 4–2 sabiex fid-59 minuta wasal l-aħħar gowl tal-partita skorjat minn KEVIN DE BRUYNE minn azzjoni ta’ Phil Foden .