Lokali Parlament

Mhux minnu li qed jingħataw 5,000 vaċċin kuljum

Karl Gouder, PN

Id-deputat Nazzjonalista Karl Gouder sostna li mhux minnu dak li allega l_Prim Ministru li qed jingħataw 5,000 vaċċin kuljum u appella biex il-Gvern ikun trasparenti u jgħid il-verità lill-poplu.

Fl-Aġġornament tal-parlament Karl Gouder qal li l-Gvern kellu l-previżjonijiet dwar is-sitwazzjoni u spjega li issa l-pajjiż għadda mill-ewwel sena tal-COVID-19. Hu kompla li l-pandemija issa ħarġet mill-kontroll tal-Gvern li qed ikollu jieħu miżuri ta’ kważi lock-down fil-pajjiż.

Din se tħalli tħsara psikoloġika fuq in-nies u turi li quddiem sitwazzjoni hekk serja u importanti, il-Gvern ma weriex is-serjetà neċessarja.

Id-deputat Nazzjonalista sellem lill-eluf ta’ Maltin li għaddew u huma għaddejjin minn diffikultajiet differenti fis-setturi tas-soċjetà fosthom in-negozji, ristoranti u każini; dawn qed iħossu diffikultajiet finanzjarji kbar.

Karl Gouder kkritika l-istrateġija tal-Gvern quddiem din il-kriżi u semma’ n-nies li għaddejjin minn biżgħat fuq il-futur tagħhom fosthom li kellhom it-trattament mediku li issa kien pospost minħabba l-pressjoni kbira li hemm fuq Mater Dei.

Hu sellem ukoll lill-front-liners li ilhom sena għaddejjin minn diffikulajiet enormi biex issa reġgħu ġew f’sitwazzjoni ta’ pressjonijiet kbar. Il-PN ilu jagħti ideat u proposti biex il-pajjiż jikkumbatti din il-pandemija u ilu jgħid li l-attitudni li l-pajjiż rebaħ il-pandemija se talli effetti negattivi fuq il-pajjiż u hi ħażina.