Netnews jista’ jiżvela li numru ta’ persuni meqjusa vulnerabbli qed jingħataw it-tilqima tal-Astrazeneca. Dan meta skont sorsi li tkellmu ma’ dan is-sit, il-persuni vulnerabbli kollha suppost jingħataw it-tilqima tal-Pfizer.
Nies oħra vulnerabbli jinsabu mħassba wkoll li s’issa għadhom jinsabu fl-għama dwar meta se jingħataw il-vaċċin kontra l-COVID-19.
U għal ġurnata oħra qed ikompli jidħlulna diversi rapporti ta’ kjuwijiet twal ta’ nies li qed jissejħu biex jingħataw it-tilqima fl-istess ħin. Dan b’konsegwenza li qed ikun hemm kjuwijiet twal.
