Futbol Sport

PSG fil-kwartifinali minkejja li temmew fi draw

(Ritratt: EPA)

Fil-Parc de Princes, PSG ukoll kwalifkaw għar-rawnd li jmiss tal-kompetizzjoni minkejja li temmew fi draw ta’ 1-1 kontra Barcelona. Fl-ewwel leg, PSG kienu kisbu rebħa komda ta’ 4-1 fil-Camp Nou, liema rebħa kienet biżejjed biex poġġiet lil PSG f’vantaġġ komdu. Kienu PSG li fetħu l-iskor man-nofsiegħa logħob meta Clement Lenglet waqqa’ lil Mauro Icardi fil-kaxxa, bir-referee jordna penalty.

Minn ħdax-il metru, KYLIAN MBAPPE ma żbaljax. Barcelona rrispondew u ġabu l-iskor indaqs fis-37 minuta bi ġmiel ta’ gowl ta’ LIONEL MESSI. Ftit qabel tmiem l-ewwel taqsima, Barcelona setgħu marru fil-vantaġġ meta Layvin Kurzawa deher jidħol b’mod perikoluż fuq Antoine Griezmann, bir-referee jordna t-tieni penalty tal-partita. Lionel Messi minn ħdax-il metru ra lil Keylor Navas isalva. Ftit sekondi wara d-daqqa ta’ ras ta’ Busquets kienet maqlugħa minn fuq il-linja, biex b’hekk PSG kwalifikaw b’aggregate ta’ 5-2.