Lokali

Raġel jittieħed l-Isptar Mater Dei wara inċident tat-traffiku

Ritratt: Matthew Tabone

Għal xi 14.00 raġel ta’ 48 sena mis-Swieqi, kellu jittieħed l-Isptar Mater Dei wara li weġġa’ f’inċident tat-traffiku fi Triq il-Keffa, is-Swieqi.

Mill-investigazzjonijiet preliminari rriżulta li l-ħabta seħħet bejn vettura, misjuqa minn mara ta’ 77 sena mis-Swieqi, u mutur, misjuq mill-vittma.

Aktar tard, hu ġie ċċertifikat li weġġa’ gravi u ttieħed l-isptar, bl-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.