Skont l-aġenzija tal-aħbarijiet Kyodo, il-Ġappun iddeċieda li l- spettaturi minn pajjiżi barra l-Ġappun mhux ser jitħallew jidħlu fl-impjanti fejn ikun qed isir il-Logħob Olimpiku. L-Olimpjadi ser isiru bejn it-23 ta’ Lulju u t-8 t’Awwissu u l-Paraolimpjadi bejn l-24 t’Awwissu u l-5 ta’ Settembru li ġej wara li ġew posposti sena ilu. issa. Din l-aħbar ħarġet minn sorsi qrib il-Kumitat Organizattiv tal-Logħob f’Tokjo.
Kollox jindika li l-Gvern Ġappuniż ħa din id-deċiżjoni wara li huwa kkalkulat li ser ikun hemm influss ta’ nies minn barra l-Ġappun li ser jidħlu fil-pajjiż f’perijodu meta għada għaddejja l-pandemija tal-Covid-19. Din l-aħbar waslet f’mument meta f’dawn il-ġranet qed issir 137 sessjoni tal-Kumitat Olimpiku Internazzjonali . Originarjament l-aħħar deċiżjoni dwar min jista’ jattendi kellha tittieħed sal-25 ta’ Marzu meta dakinhar għandha tibda r-rotta fil-Ġappun tat-torċa olimpika.
Din id-deċiżjoni, għalkemm ser taffettwa l-ekonomija Ġappuniża, mhux bilfors ser ikollha impatt daqstant qawwi meta wieħed iqis li fl-2018, fil-Logħob Olimpiku tax-Xitwa li kien sar fi Pyeongchang, fil-Korea t’Isfel, kienu biss 20% tal-biljetti li nxtraw minn spettaturi barra l-pajjiż biex isegwu l-Logħob.
//= $special ?>