Futbol Sport

Rebħa importanti għal Balzan f’konfront dirett

Balzan………………….3

Żejtun C…………………1

Balzan: V. Vranes, A. Loof, M. Grima, M. Duric, S. Bezzina, M. Johnson, U. Ljubomirac, S. Dimic, M. Sanoh, A. Andrejic (A. Effiong 70’), S. Cipriott

Żejtun C.: C. Cassar, L. Moreira, K. Reid, J. Suda, R. Do Nascimento (A. Carabott 70’), T. Bonfim (N. Tabone 46’), H. Marcelino, S. Barboza, E. Herrera (C. Grech 46’), G. Azzopardi, A. De Barros

Referee: T. Farrugia Cann

Assistenti referees: A. Camilleri, D. Spencer

F’partita diretta bejn żewġ timijiet minn naħa t’isfel tal-klassifika, kienu Balzan li ħarġu rebbieħa 3-1 fuq Żejtun Corinhians 3-1. Għal Żejtun din kienet ir-raba’ telfa kosekuttiva fil-Kampjonat filwaqt li għal Balzan dan kien it-tielet riżultat pożittiv konsekuttiv.

 L-ewwel xutt denju tal-partita wasal fis-17 –il minuta meta x-xutt mid-distanza ta’ KEMAR REID kien imdawwar f’corner minn Vranes. Balzan irreaġixxew meta minn croner ta’ Milan Duric, kien MICHAEL JOHNSON li għola fuq kulħadd u kkonkluda b’daqqa ta’ ras tajba. Balzan skorjaw it-tieni gowl ftit minuti wara u kien propju fil-25 minuta li għamluhom 2-0 meta minn minn cross ta’ Uros Ljubomirac, kien MOUSSA SANOH li minn taħt Cassar ma żbaljax. Żejtun naqsu milli jirreaġixxu u Balzan skorjaw t-tielet gowl fis-36 minuta meta minn corner mogħti minn Aleksa Andrejic, kien għal darb’oħra Michael Johnson li għamel l-iskor 3-0 fejn wara li l-ewwel tentattiv tiegħu kien parzjalment salvat minn Vranes, l-istess JOHNSON kkonkluda mill-ewwel fis-saqaf tax-xibka.

Żejtun pruvaw iwettqu reazzjoni iżda u ftit qabel l-ewqwel taqsima, meta minn cross minfuq il-lemin ta’ Henrique Marcelino kien mxellef f’corner. Il-pressjoni ta’ Żejtun sarrfet f’gowl ftit sekondi qabel tmiem l-ewwel taqsima meta l-gowlkiper ta’ Balzan, naqas milli jżomm xutt b’saħħtu ta’ ROBERIO DO NASCIMENTO. Fit-tieni taqsima, Balzan ħarġu fuq l-offensiva u minn cross ta’ Stefan Dimic, id-daqqa’ ta’ ras ta’ ALEKSA ANDREJIC kienet salvata minn Christian Cassar. Minkejja li-pressjoni, Żejtun resqu viċin li jagħmluhom 3-2 fit-82 minuta meta x-xutt ta’ Adrian Carabott kien salvat minn Vranes. Fl-84 minuta, Balzan setgħu għalqu l-partita fl-84 minuta meta minn cross fil-baxx tas-sostitut, x-xutt ta’ Ljubomirac ma ħoloqx problemi għal Cassar.

Din kienet l-aħħar partita fil-Kampjonat lokali hekk kif waqt konferenza tal-aħbarijiet, indirizzata mill-Prim Ministru Robert Abela, l-Ministru tas-Saħħa Chris Fearne u s-Supritendent tas-Saħħa Charmaine Gauci ħabbru li l-attivitajiet sportivi kollha ġew sospiżi sal-11 ta’ April fosthom l-futbol.