F’24 siegħa pajjiżna rreġistra 510 każi ġodda ta’ Covid-19. Dan filwaqt li fl-istess perjodu 2 persuni oħra tilfu ħajjithom kawża tal-virus.
Iż-żewġ vittmi huma żewġt irġiel – wieħed ta’ 64 sena u ieħor ta’ 73, li t-tnejn mietu Mater Dei.
Dan ifisser li issa pajjiżna qed jgħodd 337 vittma b’kollox.
Il-Ministeru tas-Saħħa qal li fl-aħħar sigħat fiequ 361 persuna, li allura jħalli 3182 każi attivi f’pajjiżna bħalissa.
Din iż-żieda inkwetanti tpoġġi lil pajjiżna fost l-aktar pajjiżi b’każi attivi ras għal ras meta mqabbla ma’ pajjiżi oħra. Filfatt, ras għal ras, Malta issa qabeżet sew lil pajjiżi bħall Istati Uniti, ir-Renju Unit, Franza, l-Italja u l-Brażil.