L-Awtoritajiet għadhom kemm ħabbru li b’effett mill-11 ta’ Marzu sal-11 ta’ April li ġej se jiżdiedu l-miżuri ta’ kontra l-COVID-19.
Il-lista taż-żieda fil-miżuri:
- Jingħalqu l-ħwienet li jipprovdu prodotti u servizzi meqjusa mhux essenzjali.
- L-ivvjaġġar lejn Għawdex se jkun limitat għal dak essenzjali u għal min għandu propjetà f’Għawdex.
- L-ammont ta’ persuni flimkien fil-pubbliku issa jinżel minn 6 persuni għal 4.
- L-isport kollu se jkun sospiż.
- Se jingħalqu il-gyms, il-pools, teatri, ċinema u mużewijiet.
- Se jieqfu t-tigijiet u l-attivitajiet reliġjużi. (Funerali u ċelebrazzjoni ta’ żwieġ fil-Knisja jistgħu isiru)
Intant, waqt konferenza tal-aħbarijiet f’Kastilja, tħabbar li l-iskejjel se jingħalqu minn nhar it-Tnejn li ġej bi pjan li kollox ikompli fuq pjattaformi online.
Meta kien qed jitkellem f’din il-konferenza tal-aħbarijiet, il-Ministru għas-Saħħa Chris Fearne ħabbar li minbarra l-5 ITUs li pajjiżna għandu okkupati bħalissa, hemm ITU ieħor stand-by biex b’hekk issa wasslet il-konferma li pajjiżna għandu total ta’ sitt swali ta’ kura intensiva.
//= $special ?>