Thomas Bach ser ikompli fil-kariga ta’ President tal-Kumitat Olimpiku Internazzjonali wara li ma kienx ikkontestat fil-137 Sessjoni tal-Kumitat Olimpiku Internazzjonali li bdiet illum. Din is-sessjoni kellha ssir f’Ateni iżda minflok saret b’mod virtwali riżultat tal-pandemija COVID-19. Fl-Agenda tas-sessjoni, rapport dwar il-presidenza ta’ Bach, flimkien mar-rapporti b’rabta mal- attivitajiet tal-Kummissjonijiet u l-amministrazzjoni tal-Kumitat Olimpiku.
Diskussjoni dwar l-Aġenda Olimpika 2020 wasslet għal konferma ta’ Thomas Bach bħala President . Huwa kien elett fil-kariga fl-2013 fis-Sessjoni fi Buenos Aires bħala suċċessu ta’ Jacques Rogge. Dak inhar kien elett mit-tieni rawnd ta’ votazzjoni, u rċieva l-iktar voti fl-ewwel rawnd qabel ma rebaħ fit-tieni rawnd lil Richard Carrión ta ’Puerto Rico, lil Ng Ser Miang ta’ Singapore, lill-Iżvizzeru Denis Oswald u lil Sergey Bubka tal-Ukrajna. Din id-darba, Bach konfermat għat-tieni terminu mingħajr oppożizzjoni. Mill-elezzjoni l-attenzjoni tmur fuq il-Logħob Olimpiku li jmiss u għas-Sessjoni tal-Kumitat Olimpiku Internazzjonali tal-2025
Waqt is-sessjoni ta’ nhar il-Ġimgħa l-attenzjoni fuq L-Olimpijadi ta’ Tokjo bl-organizzaturi sodi li l-Logħob isir minkejja l-inċertezza kontinwa dwar il-COVID-19, bil-president tal-Kummissjoni ta ’Koordinazzjoni John Coates mistenni li jwassal l-istess messaġġ fis-Sessjoni. Rapport oħra mill-Kumitat Organizzattiv ta’ Beijing 2022 u aġġornament dwar Pariġi 2024. Se jkun hemm ukoll preżentazzjoni mill-Kumissjoni għall-edizzjonijiet futuri li dan l-aħħar għażlet lil Brisbane bħala l-kandidat preferut għal-Logħob Olimpiku u Paralimpiku tal-2032.
//= $special ?>