Tliet persuni ġew arrestati mill-Pulizija mill-Iskwadra ta’ Kontra d-Droga, wara li allegatament instabu fil-pussess ta’ diversi qratas ta’ droga biex jiġu ttraffikati.
It-Tnejn illi għadda, il-pulizija kienu mitluba miċ-Child Protection Services biex jassistuhom f’residenza f’Ħal Qormi fuq rapport li allegatament kienet qiegħda tiġi ttraffikata d-droga u flimsemmija residenza kien hemm tfal żgħar.
Fil-fatt, meta l-pulizija daħlu fid-dar huma sabu tarbija ta’ sitt xhur u tifla ta’ disa’ snin. Dawn qegħdin jinżammu temporanjament miċ-Child Protection Services.
Minn tfittxija li saret fir-residenza nstabu 45 qartas b’sustanza suspettata droga kokaina u qartas b’sustanza suspettata eroina. It-tliet persuni – mara ta’ 35 sena, raġel ta’ 29 sena u żagħżugħ ta’ 16-il sena – qegħdin jiġu nterrogati mill-pulizija b’rabta ma’ allegat traffikar ta’ droga.
Il-Maġistrat Natasha Galea Sciberras qiegħda tmexxi inkjesta, waqt li l-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.
//= $special ?>