Internazzjonali

27 mejta fl-Indoneżja wara li kowċ waqgħet għoli ta’ 65 pied

Fl-Indoneżja 27 persuna tilfu ħajjithom meta kowċ waqgħet għoli ta’ 65 pied f’qasma bejn il-blat.

L-inċident seħħ fuq il-gżira ta’ Java wara li s-sewwieq tal-kowċ tilef il-kontroll tal-vettura fi triq imserrpa.

Il-kowċ kienet qed iġġorr studenti Iżlamiċi  kif ukoll għalliema u ġenituri u jidher li kienet problema teknika fil-brejkijiet tal-vettura li wasslet biex ix-xufier jitlef il-konroll tagħha, bil-konsegwenza li l-kowċ waqgħet minn għoli fil-blat.

Iz-zona fejn seħħ l-inċident hi magħrufa għat-toroq wieqfa u li jserrpu, iżda jidher ukoll li t-testijiet tal-VRT fuq il-kowċ ma kienux aġġornati.