Huma 283 il-każi ġodda rreġistrati fl-aħħar 24 siegħa sabiex b’hekk il-każi totali rreġistrati minn meta bdiet il-firxa tal-pandemija f’pajjiżna qed jammontaw għal 25,640.
Dan filwaqt li l-Ministeru għas-Saħħa ħabbar li bejn l-Erbgħa u l-Ħamis tilfu ħajjithom kawża tal-Covid-19 4 persuni, 3 irġiel ta’ 60, 72 u 79 sena kif ukoll mara ta’ 80 sena, ilkoll waqt li kienu rikoverati fl-Isptar Mater Dei.
Għaldaqstant l-ammont totali ta’ fatalitajiet li ġew irreġistrati f’pajjiżna ammontaw għal 341.
Intant fl-aħħar 24 siegħa ġew irreġistrati bħala mfejqa 338 – bit-total ikun dak ta’ 22,176.
B’hekk il-każi attivi issa qed jammonta għal 3,123.
Sal-Erbgħa t-total ta’ persuni li ħadu t-tieni doża ammontaw għal 36,246.