Lokali

Dibattitu urġenti fil-Parlament wara t-talba li saret mill-Kap tal-PN Bernard Grech

Fid-9am beda d-dibattitu Parlamentari li talab ilbieraħ il-Kap tal-PN Bernard Grech dwar is-sitwazzjoni preżenti tal-Covid f’pajjiżna.

Id-dibattitu qed isir wara li l-Ispeaker laqa’ t-talba tal-Oppożizzjoni, għaliex din hi materja urġenti u ta’ interess nazzjonali.

Ilbieraħ, il-Prim Ministru baqa’ jirreżisti li jsir dan id-dibattitu.

Dalgħodu l-gazzetti kollha kienu dominati bl-aħbarijiet relatati ma’ dak li qed jissejjaħ ‘second shutdown’. Dan wara li lbieraħ l-Prim Ministru ħabbar miżuri fotokopja għal dawk li kienu ġew introdotti eżatt sena ilu.