Il-leġislatura komunista taċ-Ċina approvat riżoluzzjoni għal riforma sinifikanti tas-sistema elettorali fit-territorju (sa ftit ilu semi-awtonomu) ta’ Hong Kong. Ir-riżoluzzjoni ‘għall-amministrazzjoni ta’ Hong Kong mill-patrijotti’ għaddiet mingħajr intoppi mill-Kungress Nazzjonali tal-Poplu bħala l-aħħar pass minn Beijing biex jissikka l-kontroll fuq l-eks kolonja Britannika.
Intant, ir-riżoluzzjoni għandha tnaqqas il-kunċett tar-rappreżentanza demokratika f’Hong Kong waqt li tippermetti biex panel ta’ uffiċjali ‘favur iċ-Ċina’ janalizza l-kandidaturi tan-nies li jridu jservu f’kariga amministrattiva filwaqt li ‘jeleġġi lill-kandidati approvati’.
Ir-Renju Unit kien għadda Hong Kong lura liċ-Ċina fl-1997 taħt ftehim li kellu jippermetti għal pajjiż wieħed ( iċ-Ċina b’Hong Kong bħala parti mit-territorju tagħha) b’żewġ sistemi ta’ tmexxija.
Taħt il-ftehim, Hong Kong kellu livell ta’ ħelsien li ma kienx jeżisti f’territorji oħrajn taċ-Ċina minbarra li kellu wkoll kostituzzjoni għalih u l-kapaċità biex jeleġġi l-Parlament lokali.
//= $special ?>