Sport Sport Ieħor

Iċ-Ċina toffri l-vaċċin lill- atleti li se jieħdu sehem fl-Olimpjadi ta’ Tokyo

(Ritratt: EPA)

Il-Kumitat Olimpiku Ċiniż offra l-vaċċin tal-Covid 19 lil dawk l-atleti li se jipparteċipaw fl-Olimpjadi ta’ Tokyo 2020 kif ukoll fil-Logħob Paralimpiku fis-sajf li ġej.

Dan tħabbar mill-President tal-IOC Thomas Bach li saħaq li l-Olimpjadi ta’ Tokyo 2020, se jibdew fit-23 ta’ Lulju. Bach saħaq ukoll li għal kull doża li se tingħata lil Atleti, l-IOC se jkun qed iħallas għal żewġ dożi oħra, li jkunu jistgħu jitqassmu fil-pajjiżi rispettivi tagħhom.

Sadanittant, il-Kap Eżekuttiv tal-Kumitat Olimpiku u Paralimpiku Amerikan, Sarah Hirshland, qalet li l-atleti tagħhom jistgħu jmorru għall-Olimpjadi ivvaċċinati, minħabba il-pass mgħaġġel li qed jitqassam bih il-vaċċin fl-Istati Uniti.