Claudio Grech, PN
Id-deputat Nazzjonalista Claudio Grech appella biex id-deċiżjonijiet fil-konfront tal-COVID-19 jittieħdu fuq bażi xjentifika u mhux fuq l-element politiku.
Fil-parlament Claudio Grech qal li l-PN ilu xhur jipprova jwassal is-sentiment ta’ għaqda u appella lill-Gvern biex iwettaq dan bil-fatti. Hu kompla li l-proposti tal-PN huma bbażati fuq ix-xjenza u sostna li l-ħsara mill-pandemija qed issir fuq il-livelli kollha tas-soċjetà.
Din il-pandemija issa laħqet kull rokna tad-dinja u poġġiet lill-gvernijiet kollha fuq il-bankijiet tal-eżamijiet dwar il-mod kif jieħu id-deċiżjonijet amministrattivi tiegħu.
Id-deputat Nazzjonalista kompla li l-mod kif il-pandemija tkun indirizzata u x’messaġġi jintbagħtu lin-nies hi prerogattiva tal-Gvern. Hu żied li sena wara l-akbar sagrifiċċji li għamel il-pajjiż, ninsabu fi kriżi bla preċedent. Il-Gvern skarta l-kawtela u ried juri li jaf iktar minn kulħadd waqt li ta l-ġenb lill-Oppożizzjoni, lill-unions tat-tobba u lill-esperti.
Claudio Grech kompla li llum il-pajjiż reġa’ mar lura għal dk li kien sena ilu minkejja l-imwiet li seħħu u l-effetti fuq is-soċjetà u fuq l-ekonomija. Hu żied li jrid ikun ikkuandrat li d-deficit ta’ €1 biljiun ieħor din is-sena u t-taxxi li ħallas il-poplu.
Il-proposti tal-PN fuq livell strateġiku huma bbażati fuq l-interess tal-ġid komuni fosthom l-importanza li tkun dikjarata emerġenza pubblika kif tisptipula l-liġi. Dan biex l-awtoritajiet ats-saħħa jkunu huma li jieħdu d-deċiżjonijiet.
Rajna ċar fil-każ ta’ Dr.Kenneth Grech, sostna d-deputat Nazzjonalista, li kompla li jeħtieġ li jitwaqqaf bord ta esperti li jippubblika d-deċiżjonijiet tiegħu li jkunu bbażati fuq ix-xjenza u mhux fuq il-politika. Il-pajjż għandu jistabilixxi l-miri tiegħu biex in-numri ta’ pazjenti jonqos.
Il-Gvern ma jistax jibqa’ jirrepeti l-iżbalji li saru minħabba l-għebusija tar-ras tal-Gvern; għalhekk għandha tiddaħħal tama realistika kif il-pajjiż għandu l-abbiltà li jnaqqas in-numri.
//= $special ?>