Clyde Puli, PN
Id-deputat Nazzjonalista Clyde Puli qal li l-Gvern jinsab bla pjan fl-edukazzjoni quddiem il-COVID-19
Fil-parlament Clyde Puli qal li l-edukazzjoni fil-pajjiż tinsab fi kriżi u marret lura sena; il-Gvern ma tgħallem xejn. Hu sostna li l-mewġa qed tirkeb lill-Gvern u kompla li l-pożizzjoni tal-Gvern kienet li fil-pandemija t-tfal kien posthom fl-iskejjel.
Il-Gvern ma kienx ppreparat meta ġiet il-kriżi, sostna Clyde Puli, li kompla li l-għalliema qed jilmentaw li lanqas it-tmexxija tal-iskejjel ma jafux x’se jiġri.
Il-pjan imissi ilu li kien lest, sostna Clyde Puli, li kompla li l-Gvern ma pprepara xejn minkejja li kien ovvju li se jkun hemm kriżi. Fil-Higher Secondary ma kienux aċċettati l-proposti tat-tagħlim online iżda meta saret proposta l-Ministeru tal-Edukazzjoni kellu jaċċettaha.
Id-deputat Nazzjonalista kompla li n-nuqqas ta’ preparazzjoni ilha tinħass fis-setturi tal-edukazzjoni; l-iskejjel kienu meqjusa bħala l-post fejn jinżammu t-tfal u bħala istituzzjonijiet edukattivi. Minkejja l-isforzi tal-edukaturi, in-nuqqas ta’ direzzjoni mill-Ministeru tal-Edukazzjoni tefgħet lis-settur fi kriżi.
Fuq il-vaċċinazzjoni tal-għalliema Ckyde Puli qal li għad hemm skejjel li għadhom ma rċevew l-ebda avviż waqt li hemm għalliema li qed jintbagħtu ferm ‘il bogħod biex jieħdu l-vaċċin.
Il-contact tracing falla anki fl-edukazzjoni, sostna Clye Puli, li kkritika lill-Gvern għan-nuqqas ta’ pjan li għandu. Hu kompla li l-Gvern kellu jinvesti ikrar ħin jinvesti fit-tagħlim online.
Il-Gvern ma ppreparax biex jingħataw il-laptop u m’hemmx pppjanar għall-eżamijiet tal-O levels. Hu staqsa jekk dawn l-istudenti hux se jingħataw il-vaċċin u dwar it-time-table tat-tagħlim online.
//= $special ?>