Claudette Buttigieg, PN
Id-deputat Nazzjonalista Claudette Buttigieg qalet fil-parlament li tinsab irrabbjata u qed titkellem b’dieqa iżda trid tagħti vuċi lil dawk imweġġgħin u traduti mill-Gvern insensittiv u immatur għax ma ttiedux id-deċiżjonijiet f’waqthom biex issa sena wara s-sagrifiċċji tal-poplu ma tatx ir-riżultati.
It-tbatija ma swiet għalxejn, sostniet id-deputat Nazzjonalista li qalet li kieku d-deċiżjonijet ittieħdu qabel ma kienux sieħħu l-imwiet lis eħħu bil-COVID-19. Il-poplu hu rrabbjat ħafna fejn l-anzjani ilhom magħqlua fi djarhom iktar minn sena.
Is-sitwazzjoni fl-anzjani mhix taħt kontroll fejn anzjani li ħadu ż-żewġ tilqimet qed jirċievu l-istediniet biex jerġgħu jmorru jieħdu t-tilqima.
Id-deputat Nazzjonalista kompliet li hemm każi ta’ persuni maqfulin fi djahrom li qed jitkabbru għall-vaċċin; is-suppervja m’hi se twassal imkien. Hi sostniet li anzjani u persuni vulnerbbali jridu jaqsmu l-pajjiż biex jieħdu t-tilqima; mill-Mellieħa għaż-Żurriq u minn San Pawl il-Baħar għar-Rabat. Kellu jkun hemm sistema fejn l-anzjani jieħdu t-tilqima viċin dajrhom gax ħafna mill-anzjani ma jsuqux.
Id-deputat Nazzjonalista kompliet li mhux tort tal-Gvern li daħal il-varjant għalkemm seta’ laqa’ għax diġà kien magħruf x’qed isir f’pajjiżi oħra. Il-Gvern żera’ n-nuqqas ta’ verità u n-nuqqas mhux jemmnu fin-nuqqas ta’ trasparenza. Il-Gvern issa hu konxju li l-proposti tal-Oppożizzjoni kienu ibbażat fuq dak li qalu l-esperti fis-settur mediku.
//= $special ?>