Illejla tirritorna l-faħi tal-aħħar sittax tal-UEFA Europa League bil-partita l-aktar li tispikka tkun bejn Manchester United u Milan. Iż-żewġ ġganti tal-futbol Ewropew huma fost il-favoriti li jirbħu din il-kompetizzjoni. Man Utd ikkwaldifikaw għal din il-fażi wara li għelbu faċilment lil Real Sociedad b’aggregate ta’ 4-0. Min-naħa l-oħra Milan għaddew bir-regola tal-away goals kontra Crvena Zvezda u jridu jiksbu riżultati aħjar jekk iridu javvanzaw f’din il-kompetizzjoni.
Logħba oħra mir-rawnd tal-aħħar sittax hija bejn Olympiacos u Arsenal fil-Karaiskaki Stadium, f’Ateni. Inċidentalment, Arsenal għelbu lil Benfica bl-iskor ta’ 3-2 fl-istess grawnd, wara li ma Benfica ma tħallewx jidħlu l-Ingilterra miħabba restrizzjonijiet marbuta mal-coronavirus. Għal Arsenal, ir-rebħ ta’ din il-kompetizzjoni huwa importanti minħabba l-pożizzjoni li jinsabu fiha fil-Premier League Ingliż, bl-unika tama tagħhom li jidħlu fiċ-Champions League tkun li jirbħu din il-kompetizzjoni. Min-naħa l-oħra, Olympiacos eliminaw lil PSV b’ gowl fl-aħħar mumenti biex għamluwa mal-aħħar sittax. Dawn l-istess żewġ timijiet iltaqgħu f’din il-fażi tal-kompetizzjoni is-sena l-oħra, b’ Olympiacos joħorġu rebbieħa biex ikkwalifikaw għal kwarti finali.
Tottenham Hotspurs jiltaqgħu ma’ Dinamo Zagreb hekk kif fl-aħħar rawnd kisbu rebħa faċli bi skor aggregate ta’ 8-1 kontra Wolfsberger. Tottenham se jħarsu li jkomplu bil-forma pożittiva li għaddejin minnha fil-Premier League Inlgiż b’erba rebħiet fl-aħħar erba’ ħarġiet tagħhom. Dinamo Zagreb, min-naħa l-oħra, għelbu lil Plzen bl-iskor aggregate ta’ 4-2 fl-aħħar fażi u jinsabu ottimistu li joffru sfida denja lil Tottenham, hekk kif jinsabu fl-ewwel post tal-kampjonat Kroat.
Illejla : Man Utd v Milan 6.55pm, Dynamo Kiev v Villareal 6.55pm, Ajax v Young Boys 6.55pm, Slavia Praha v Rangers 6.55pm, Olympiacos v Arsenal 9.00pm, Granada v Molde 9.00pm, Tottenham v Dinamo Zagreb 9.00pm, Roma v Shaktar Donetsk 9.00pm
//= $special ?>