Miet fl-età ta’ 94 sena, il-presuna li ħoloq il-casette tape – l-Olandiż Lou Ottens. Hu miet fid-dar tiegħu stess f’Duizel.
Dan l-inġinier hu meqjus bħala l-moħħ li ġab rivoluzzjoni fid-dinja tal-mużika fis-snin 50. F’dak il-perijodu, Ottens kien jaħdem mal-kumpanija Philips
Hu mifhum li tul is-snin inbiegħu 100 biljun casette tape sa minn meta bdiet din it-teknoloġija fl-1952. Ottens kien ukoll parti mit-tim illi kien ħoloq is-CD ftit tas-snin wara.
//= $special ?>