Stephen Spiteri, PN
Id-deputat Nazzjonalista Stephen Spiteri appella biex isir l-iscreening kollu neċessarju fl-ajruport u fil-portijiet biex ikunu kntrollati varjanti oħra tal-COVID-19.
Fil-parlament id-deputat Nazzjonalista qal li Il-PN jemmen li s-sitwazzjoni hi urġenti u għalhekk jeħtieġ li jkun hemm il-kontrolli neċessarji; l-impatt fuq is-settur tas-saħħa jistaż jkun kbiur. Jetieġ li l-vulnerabbli u l-anzjani jkunu protetti, sostna Stephen Spiteri, li kompla li l-ewwel irkupru għandu jkun fis-saħħa.
Is-sitwazzjoni setgħet kienet kontrollata kieku l-Gvern sema’ mill-esperti; il-Gvern kien jaf ukoll it-theddida tal-varjant li kien qed jagħmel ħerba f’pajjiżi oħra. Kien għalhekk li l-PN sħaħaq fuq screening fl-ajruport biex dan ikun kontrollat, jeħtieġ li l-iscreening fil-portjiet jissaħħaħ għax hemm varjanti oħra.
Il-PN qed jara l-bżonn ta’ emerġenza fis-saħħa pubblika u għandha tkun id-direzzjoni tas-Supretendent tas-Saħħa Pubblika li tagħti d-direzzjoni u tħares is-saħħa tal-poplu Malti. Fil-pajjiż hawn l-ingridjenti kollha ta’ emerġenza fis-saħħa pubblika.
Id-deputat Nazzjonalista kompla li l-ITU qed tipprova tlaħaħq mas-sitwazzjoni għaliex hemm influss ta’ pazjenti li qed jużaw is-sodod u l-ventilators. Jeħtieġ li r-riżors uman speċjalizzat jingħata r-riżorsi kollha u l-appoġġ meħtieġ biex iwettqu d-dmirijiet tagħhom.
Il-front-liners ilhom sena jissieltu b’dedikazzjoni. Irid ikun ikkunsidrat li l-Isptar Mater Dei għandu limitazzjoni kemm jista’ jiflaħ pazjenti; kien għalhekk li l-PN ippropona li jkun appuntat kumitat ta’ epserti biex jagħti l-pariri. Jeħtieġ li l-operazzjonijiet jibqgħu jsiru kif pjanat speċjalment fl-Emerġenza u li tingħata l-attenzjoni meħtieġa lill-mard ieħor minbarra l-COVID-19.
//= $special ?>