Bħalissa l-awtoritajiet tas-saħħa f’pajjiżna qed jinvestigaw batch ta’ tilqim tal-AstraZeneca li parti minnu intuża f’pajjiżna.
Dan wara li persuna Awstrijaka żviluppat trombożi multipla wara li ħadet il-vaċċin minn batch bin-numru ABV5300 u spiċċat tilfet ħajjitha għaxart ijiem wara.
Minbarra hekk persuna oħra ddaħħlet l-isptar b’emboliżmu pulmonajru filwaqt li kienu rrappurtati żewġ każijiet oħra simili.
L-Aġenzija Ewropea għall-Mediċini qed tgħid li mhemmx evidenza li tgħaqqad il-vaċċin ma’ dawn il-kundizzjonijiet.
Din il-batch intbagħtet lejn 17-il pajjiż u tikkonsisti f’total ta’ miljun doża.
Issa l-kumitat għas-sigurta tal-Aġenzija Ewropea, il-PRAC qed ikomplu jinvestigaw.
Sadanittant l-Assoċjazzjoni Maltija tat-Tobba fis-Saħħa Pubblika fi stqarrija li ħarġet ftit tal-ħin ilu qalet li f’pajjiżna it-tilqim minn dan il-batch issa ilu ftit tal-ġimgħat li sar u li t-tilqim li għaddej bħalissa huwa minn batches different.
//= $special ?>