Lokali

L-EMA tapprova l-vaċċin ta’ Janssen

Il-vaċċin kontra l-Covid-19 ta’ Janssen, li hija fuq bażi ta’ doża waħda, ġiet approvata mir-Regolatur Ewropew tal-Mediċina u għaldaqstant ser ikun ir-raba’ vaċċin disponibbli fl-istati Ewropej, inkluż f’Malta.

It-tilqima tal-Janssen, li hija parti mill-kumpanija Johnson & Johnson – hija l-ewwel vaċċin tax-xorti tagħha li ġiet approvata sabiex tintuża mill-Unjoni Ewropea u hija rakkomandata li tiġi somministrata fuq persuni ta’ ‘il fuq minn 18-il sena.

S’issa l-evidenza xjentifika uriet li l-effettività ta’ din it-tilqima hija ta’ 67% – bil-maġġorparti tas-side effects tagħha jkunu uġiegħ fil-muskoli, dardir, uuġiegħ ta’ ras. Madanakollu l-esperti mediċi saħqu li dawn l-effetti jdumu biss sa massimu ta’ ftit jiem.