Lokali

“M’għandniex emerġenza” – Carmelo Abela

Wara li f’Mater Dei spiċċajna bl-ITU mimli, il-Ministru Carmelo Abela qed jinsisti illi m’għandniex emerġenza. Il-Ministru Abela għamel din l-istqarrija inqas minn 24 siegħa wara li t-Tobba fis-Saħħa Pubblika ħarġu jgħidu li l-ħames ITU li nfetħet jum qabel kienet diġa mimlija.

L-istqarrija tat-tobba tikkuntrasta bil-kbir ma’ dak li qal il-Ministru

“Fl-ITUs is-sodod mhumiex okkupati kollha. Għandna s-sodod vojta. Għandna erbgħa għal ħamsa u skont l-informazzjoni li għandi mhumiex mimlijin” – Carmelo Abela

Intant, id-deputati tal-Gvern ghadhom qed ihossuhom skomdi jwiegbu dwar l-istqarrijiet ta’ “normalità” li tant ftahar bihom il-Prim Ministru fl-ahhar gimghat.

Uħud, għażlu li jibqgħu għaddejjin, oħrajn wieġbu bla ma taw tweġiba.

U waqt li kien dieħel il-Parlament, erġajna saqsejna lill-Ministru tat-Turiżmu biex jagħtina l-istudji li saru biex ittieħdu d-deċiżjonijiet mill-Gvern b’rabta mas-settur tar-ristoranti. Settur tant importanti li jfisser l-għixien għal eluf ta’ ħaddiema. Bil-Ministru Clayton Bartolo ma jweċibx, u jfarfar fuq is-Suprintendent tas-Saħħa Pubblika.

Net News kien qed jistenna wkoll lill-Prim Ministru għall-ewwel kummenti tiegħu wara li ħabbar il-miżuri l-ġodda. Iżda l-Prim Ministru daħal jiġri fil-binja tal-Parlament. Aġir illi fakkarna ħafna fi kliemu stess, ftit tax-xhur ilu meta qal li ‘se naħarbu niġru’.

Robert Abela jaħrab jiġri kif jara l-ġurnalisti