L-RMYC ħabbret li l-applikazzjonijiet għar-Rolex Middle Sea Race 2021 issa huma miftuħa u t-timijiet jistgħu jirreġistraw il-jottijiet tagħhom. It-42 Rolex Middle Sea Race hija mistennija li tibda nhar is-Sibt, 23 ta ‘Ottubru 2021. Il-parteċipanti jistgħu jsibu l-avviż tat-tellieq online fejn jistgħu jirreġistraw il-parteċipazzjoni tagħhom.
Ir-Royal Malta Yaucht Club hu wieħed mill-uniċi organizzazjonijiet li rnexxielu jorganizza b’suċċess offshore race fl-2020, u għalhekk l-organizzaturi jinsabu ottimisti li minkejja l-pandemija, it-tellieqa issir kif pjanat. F’din it-tellieqa kienu pparteċipaw madwar 50 jott bil-Commoder David Cremona jisħaq li huma kburin li rnexxielhom jorganizzaw avveniment bħal dak b’suċċess, minkejja idd-diffikultajiet li ffaċjaw.
Ir-Rolex Middle Sea Race 2020 attirat bosta parteċipanti internazzjonali b’madwar erbatax-il nazzjonalita’ differenti, bl-ekwipaġġ ta’ I Love Poalnd jirbaħ l-unur tal-Monohull Line Honours b’ vantaġġ ta’ tliet minuti fuq il-kompatrijotti ta’ E1.
Madanakollu, l-aqwa mument ta’ din it-tellieqa kienet ir-rebħa ta’ Elusive II għat-tieni sena konsekuttiva. Din ir-rebħa konsekuttiva kienet l-ewwel waħda sa minn meta rebħu t-tellieqa darbtejn konsekuttivi, Nita IV fl-1980.
//= $special ?>