Internazzjonali

Myanmar: Il-ġunta takkuża lil Suu Kyi b’li aċċettat id-deheb u l-mijiet tal-eluf tad-dollari

Il-ġunta militari li qed iżżomm lil Mynamar f’morsa ta’ terrur akkużat lil Aung San Suu Kyi – il-mexxejja demokratika tal-pajjiż li twarrbet fil-kolp ta’ stat tal-Ewwel ta’ Frar – b’li aċċettat ‘illegalment’ ammont ta’ deheb flimkien ma’ $600,000.

L-allegazzjoni hi l-aktar waħda qawwija min-naħa tal-militar fil-konfront ta’ Suu Kyi, li ilha minn dakinar tal-kolp ta’ stat miżmuma taħt arrest.

Intant, il-Ġunta ma ressqet l-ebda provi  u meta l-grupp Amnesty , li jħares id-drittijiet umani,  qed jakkuża lill-militar ta’ Myanmar dwar ‘orġija ta’ qtil’ fil-pajjiż.

Il-kelliema ta’ Amnesty sostnew li l-militar qed juża armi ‘aktar familjari għall-kamp tal-battalja’ fuq id-dimostranti mhumiex armati fl-ibliet ta’ Myanmar, minbarra li għaddej ukoll ‘b’sistema ippjanata għall-qtil tan-nies’.