Raġel Fillipin ta’ 39 sena li jgħix in-Naxxar, sogra ġrieħi gravi meta kien involut f’inċident tat-traffiku.
L-inċident seħħ ilbieraħ għall-ħabta ta’ 4.00pm fi Triq ir-Ramla in-Naxxar stess.
Mill-investigazzjonijiet preliminari rriżulta li kienet seħħet ħabta bejn Toyota Dyna, misjuqa mill-vittma u vann Renault Master, misjuq minn raġel ta’ 37 sena li jgħix Santa Venera.
Aktar tard, ir-raġel Filippin ġie ċċertifikat li weġġa’ gravi.
L-investigazzjonijiet tal-Pulizija dwar dan il-każ għadhom għaddejjin
//= $special ?>