Rapporti fil-midja Taljana qed jindikaw li id-difensur veteran ta’ Juventus, Giogio Chiellini, jista’ ma jġeddidx il-kuntratt tiegħu mal-klabb sabiex jiritra fl-aħħar tal-istaġun.
Chiellini, li għandu 36 sena, huwa l-captain tat-tim Juventin kif ukoll tat-tim Nazzjonali Taljan, fejn bosta jqisuh bħala wieħed mill-aqwa difensuri tal-ġenerazzjoni tiegħu. Madankollu, dan l-istaġun kien nieqes għal ħafna mill-partiti minħabba diversi injuries, li jista’ jkun iwassluh sabiex jirtira fl-aħħar ta’ dan l-istaġun.
Chiellini kien inaqgħad ma’ Juventus lura fl-2005 u lagħab 395 darba mat-tim minn Turin. Huwa lagħab ukoll 105 darbiet mat-tim Nazzjonali Taljan.
//= $special ?>