Wara ir-rebħa ta’ ritron li kellu lbieraħ, l-Isvizzeru Roger Federer spiċċa eliminat fil-kwarti finali tal-Open tal-Qatar mit-tennist Nikoloz Basilashvili.
L-Iszizzeru rebbieħ ta’ 20 Grand Slam fil-karriera tiegħu, kien megħlub 3-6 6-1 7-5 f’Doha. Federer, li kien qed jirritorna wara erbatax-il xahar barra minħabba injury fl-irkoppa, kien għeleb lil Dan Evans fir-ritorn tiegħu.
Basilashvili stqarr wara l-partita li jħossu ferħan ħafna li rnexxielu jegħleb wieħed mill-aqwa tennisti ta’ kull żmien. Kompla jgħid li għalih, Federer jibqa’ l-idolu tiegħu. Basilashvili issa jiltaqa’ kontra Taylor Fritz fis-semi finali d’ Doha, wara li l-Amerikan għeleb lil Denis Shapovalov 5-7 6-3 7-5.
//= $special ?>