It-tennist Roger Federer għeleb lil Brittaniu Dan Evans fir-ritorn tiegħu wara aktar minn erbatax-il xahar barra mill-azzjoni wara li kellu żewġ operazzjonijiet fl-irkoppa. L-Isvizzeru, li rebaħ 20 Grand Slam fil-karriera dekorata tiegħu, għeleb lil Evans 7-6, 3-6, 7-5 biex b’hekk għadda għal kwarti finali f’Doha.
F’kummenti wara l-logħba, Federer, 39, qal li huwa kuntent ħafna li rritorna għal-logħob filwaqt li saħaq li hu importanti li jibqa’ jħossu tajjeb fiżikament fix-xhur li ġejjin. Roger Federer , issa jiltaqa’ kontra Nikoloz Basilashvili fil-kwarti finali f’Doha.
//= $special ?>