Id-Deputat Parlamentari Rosianne Cutajar u persuna qrib tagħha qegħdin jintlabu biex bejniethom iħallsu lura is-somma ta’ €89,000 f’senserija fuq propjetà li kellu jixtri Yorgen Fenech fl-Imdina. Dwar dan ġiet ippreżentata ttra uffiċjali fil-Qorti dawn il-flus jingħataw lura lil sid il-propjetà.
Is-sid ippreżenta ittra ġudizzjarja fejn talab lil Rosianne Cutajar u l-ħabib tagħha Charles Farrugia jirrifondaw tariffa ta’ senserija li kienu li huma daħħlu bħala riżultat tal-kuntratt.
Green Eyes Limited u s-sid tagħha Joseph Camilleri ppreżentawi ittra uffiċjali fil-Prim Awla tal-Qorti Ċivili qalu fl-ittra li l-bejgħ kien waqa’ minħabba l-arrest ta’ Fenech u l-wegħda tal-bejgħ kienet skadiet f’Novembru 2019.
Iżda minkejja diversi talbiet, kemm verbalment permezz tat-telefon kif ukoll permezz ta’ ittra mill-avukat li jirrappreżenta lis-sid, mibgħuta f’Lulju 2019, Cutajar u Farrugia ma ħallsux lura l-flus.
L-ittra ġudizzjarja ntbagħtet biex tinterrompi t-terminu legali qabel ma l-pretensjoni kienet preskritta, peress li l-bejjiegħ kien jaf bi proċeduri pendenti quddiem il-Kummissarju għall-Istandards fil-Ħajja Pubblika kontra Cutajar dwar il-ħlas tas-senserija.
F’dan l-istadju, ma jkunux qed jippreżentaw applikazzjoni ġuramentata għar-rifużjoni tal-bilanċ imħallas lis-sensara sabiex il-Kummissarju jkun jista ‘jagħmel ix-xogħol tiegħu “b’mod seren u trankwill, mingħajr ostakli.”
Minkejja dan, qal l-avukat tas-sid Edward Debono, huma rriżervaw id-dritt li jippreżentaw proċeduri legali wara li l-Kummissarju għall-Istandard fil-Ħajja Pubblika jaqdi dmiru, irrispettivament mill-eżitu.
Din il-propjetà kienet se tinxtara għal madwar €3.1 miljun minn Yorgen Fenech – sid il-kumpanija 17Black u l-allegat kompliċi fl-assasinju tal-ġurnalista Daphne Caruana Galizia.
Dan il-ftehim biex Fenech jixtri d-dar waqa’ u d-Deputat Laburista Rosianne Cutajar qed tiġi persegwita biex tħallas lura nofs it-€89,000 li hi tħallset fi flus kontanti. It-transazzjoni tal-proprjetà saret ma’ kumpanija fiduċjarja bl-isem ta’ Green Eyes Limited immexxija minn Pierre Lofaro.
Il-konvenju tal-propjetà li hija ta’ Joe Camilleri sar f’Mejju 2019. Rapporti qed jindikaw li Yorgen Fenech kien diġà żar il-proprjetà flimkien ma’ Rosianne Cutajar, u l-ħabib tagħha Charlie Farrugia magħruf bħala ‘it-Tikka’.
Rapporti kienu qalu li wara li raw il-propjetà fi Triq is-Salvatur, Cutajar u Farrugia talbu għalihom infushom ħlas ta’ madwar €50,000 kull wieħed. Is-Segretarju Parlamentari Cutajar u Farrugia iżda qed jintalbu jirrifondu s-somma ta’ €44,500 kull wieħed.