Coronavirus Lokali

“X’kont nagħmel differenti? Kont inpoġġi l-interess nazzjonali qabel dak politiku”

“X’kont nagħmel differenti? Kollox kont nagħmel differenti.”

Hekk stqarr il-Kap tal-PN Bernard Grech f’messaġġ illi wassal dalgħodu permezz tal-media soċjali fejn insista li pajjiżna – f’dan il-mument ta’ sfida – jixraqlu politiċi onesti.

Hu tenna l-importanza li quddiem pandemija bħal din inħallu f’idejn l-esperti mediċi.

“Kont inħalli f’idejn l-esperti mediċi filwaqt li nara li jiġu mħarsa l-interessi ekonomiċi. Ma kontx nagħti stampa falza ta’ dak li jkun għaddej. Żgur li ma kontx ngħid li l-mewġ qiegħed fil-baħar. Jew li f’Marzu se nitilqu niġru. Jew li l-gwerra irbaħniha. Jew li l-pandemija qiegħda warajna. Jew li f’Mejju business as usual. Kont inkun ċar fi kliemi. Kont inpoġġi l-interessi ta’ pajjiżna qabel tal-politiku. Kont ninvolvi lill-Oppożizzjoni biex insibu soluzzjonijiet flimkien. Kont inkun onest. Pajjiżna hekk jixraqlu.”