Minn Marzu tal-2020 avviżi ripetuti li jinfurmaw lill-membri li – “minħabba s-sitwazzjoni attwali riżultat tal-pandemija COVID-19, iddeċidejna li nissospendu l-attivitajiet kollha tal-Klabb sa avviż ieħor” – saru l-ordni tal-ġurnata.
Kulħadd stenna u ħares ‘il quddiem bil-ħerqa ghal dak l-avviż ulterjuri li sfortunatament naqas milli jiġi hekk kif il-ġranet inbidlu f’ġimgħat u f’xhur, issa biex jilħqu sena mil-bidu tal-pandemija.
Madankollu kienet meħtieġa azzjoni biex taderixxi mal-istatut tal-Klabb u mar-regolamenti tal-Att dwar Organizzazzjonijiet Volontarji billi ssir il-Laqgħa Ġenerali Annwali tal-Klabb sal-aħħar ta’ Frar 2021.
B’hekk il-Kumitat tal-Malta Cruising Club żamm l-AGM tiegħu permezz ta’ webinar bl-użu tal-applikazzjoni popolari ta’ komunikazzjoni bil-vidjo bbażata fuq is-sistema Zoom. Il-laqgħa segwiet Aġenda AGM tradizzjonali, ospitata mis-Segretarju tal-Klabb Austin Calleja. Taħt il-gwida professjonali tal-membru tal-Kumitat Patrick Genovese, li kien il-moderatur tal-webinar matul il-lejla, l-okkażjoni wriet tabilħaqq novità interessanti u milqugħa tajjeb li żżomm komunikazzjoni mal-membri matul il-pandemija.
B’ħarsa għal triq oppomistika f’sitwazzjoni li tidher li probabbilment mhux se tmur għal ritorn malajr, u allura wieħed ikun jista’ jibda u jgawdi l-aspetti varji tal-ibburjar, il-membri tal-Malta Cruising Club ġew infurmati fl-AGM dwar numru ta’ inizjattivi ġodda.
Dawn se jkunu serje ta’ webinars dwar suġġetti differenti li, fiċ-ċirkostanzi, se jkunu alternattiva għat-taħditiet tekniċi popolari tal-Klabb. Għall-ewwel sitt xhur tal-2021 il-Malta Cruising Club qed jipproponi l-webinars li ġejjin: 1) “Tbaħħir lejn il-Greċja”… ..u pariri utli għal meta tkun hemm – minn Peter Rigby – nhar il-Ġimgħa 26 ta’ Marzu fis-6:30 ta’ filgħaxija; (2) “L-Issetjar tal-Qlugħ” minn Patrick Genovese – nhar il-Ġimgħa 23 ta’ April fis-6:30 ta’ filgħaxija; (3) “Nistadu mid-Dgħajjes tagħna” minn Sinclair Pace – nhar il-Ġimgħa 21 ta’ Mejju fis-6.30 ta’ filgħaxija; (4) “Tħejji l-Ikel Abbord” miċ-Chef Jean Paul Debono – nhar il-Ġimgħa 25 ta’ Gunju fis-6.30 ta’ filgħaxija; (5) “Xogħol tal-Ħabel Abbord” u (6) “Manuvrar f’Spazju Ristrett” minn Patrick Genovese* – * Dettalji tad-Data / Ħin jitħabbru dalwaqt.
Il-programm propost għall-2021 irrefera wkoll għal avvenimenti ta’ ibburdjar u funzjonijiet soċjali bħal Gozo Easter Cruise & Dinner mal-Gozo
Cruise & Crews Club, il-Falken Pozzallo Sette Giugno Cruise, il-Cruise għal Scoglitti, u l-Quiz Night bħalissa huma kollha’ xewqat sbieħ imma kollox jiddependi fuq ir-restrizzjonijiet tal-Awtoritajiet tas-Saħħa li se jkunu fis-seħħ dak iż-żmien kemm hawn u fi Sqallija.
L-istess sitt membri tal-Kumitat preċedenti tal-Club ġew eletti biex iservu għal sentejn oħra, jiġifieri l-2021/2022. Dan se jkun magħmul minn: Wilfred Sultana (Commodore), Johann Cuschieri (Viċi Commodore), Austin Calleja (Segretarju Onorarju), Victor Taliana (Teżorier Onorarju), Joseph Pace (Uffiċjal tas-Sħubija u Avvenimenti Soċjali), Patrick Genovese (Avvenimenti tal-Ibburdjar, Taħditiet Tekniċi u Uffiċjal IT). Il-Kumitat għażel ukoll lil Dr Carmel Abela bħala konsulent mediku tal-Club matul dawn iż-żminijiet diffiċli.
//= $special ?>