Il-Union tal-Bankiera f’Malta (MUBE) insistiet fuq il-ħtieġa urġenti li jkun tiżdied ir-rata tat-tilqim lill-frontliners, inkluż li jitlaqqmu wkoll il-bankiera kontra l-Covid-19, li ta’ kuljum iħabbtu wiċċhom mal-klijenti.
F’Jannar, l-MUBE kienet diġà appellat lill-awtoritajiet tas-saħħa biex il-bankiera jingħataw il-vaċċin mal-frontliners, peress li dawn jiltaqgħu man-nies f’xogħolhom.
Fi stqarrija l-MUBE tenniet l-appell li dawn il-ħaddiema jieħdu t-tilqima malajr sabiex ikun evitat it-tixrid tal-imxija u jkunu evitati iżjed imwiet.
L-MUBE qalet li għandha s-sapport tal-Assoċjazzjoni tal-Bankiera f’dan l-appell, peress li qed tiżdied it-tensjoni fost il-ħaddiema fil-banek, speċjalment fost dawk li jaffaċċjaw lill-klijenti ta’ kuljum.