Il-bastiment tal-cruises ‘MSC Lirica’ fl-aħħar sigħat ħa n-nar waqt li kien ankrat fil-port ta’ Corfu, fil-Greċja.
L-iskwadri għat-tifi tan-nirien wieġbu mill-aktar fis għall-emerġenza waqt li l-fjammi u d-dħaħen dehru telgħin mill-parti tal-lemin tal-bastiment. Intant, l-‘MSC Lirica’ dam jaqbad għal aktar minn siegħa sakemm is-sitwazzjoni rritornat taħt kontroll.
L-isforzi tal-iskwadri kienu appoġġjati mid-dgħajjes attrezzati biex jikkumbattu n-nirien (fire-fighting boats) — bl-inċident iseħħ fi żmien meta l-operatur tal-bastiment qed jistenna biex l-industrija tal-cruises terġa’ tieħu r-ruħ qabel is-sajf.
//= $special ?>