Fl-ewwel diskors lin-nazzjon tiegħu fuq it-televiżjoni bħala President tal-Istati Uniti, Joe Biden qal li ordna lill-istati kollha biex jaraw li kull persuna adulta tkun eliġibbli għat-tilqima sa mhux aktar tard mill-1 ta’ Mejju.
Il-President tal-Istati Uniti Joe Biden qal li jittama li l-Amerka tista’ “tiċċelebra l-indipendenza” mill-pandemijatal-Coronavirus fl-4 ta’ Lulju kemm il-darba n-nies jieħdu t-tilqima.
Fl-Istati Uniti bħalissa qed tingħata prijorità lin-nies skont l-età jew il-kundizzjoni tas-saħħa, bl-anzjani jkunu l-maġġoranza li ħadu l-vaċċin.
Fid-diskors tiegħu l-President Biden qal li l-4 ta’ Lulju, Jum l-Indipendenza Amerikana, irid li jkun il-jum li fih gruppi żgħar ta’ nies ikunu jistgħu jerġgħu jibdew jiltaqgħu flimkien.
“Minn hemm inkunu nistgħu nibdew ftit ftit ngħixu mill-ġdid flimkien”
//= $special ?>