It-triatleta Maltija Danica Bonello Spiteri temmet fit-tieni post fil-Kategorija Femminili ta’ bejn l-40 u l-44 sena fid-Dubai Ironman 70.3.
Bonello Spiteri temmew t-tellieqa f’ħin ta’ 4:35:23 biex b’hekk temmet fid-19 -il post fost il-kompetituri nisa u fil-186 post overall. Lura f’Novembru, Bonello Spiteri temmet fl-ewwel post fil-kategorija ta’ bejn l-35 u d-39 sena f’kompetizzjoni li saret f’Antalya fit-Turkija.
Fuq il-midja soċjali tagħha, qalet li kienet kuntenta ferm bir-riżultat li kisbet hekk kif rnexxielha tagħmel dan f’kundizzjonijiet diffiċli hekk kif it-temperatura kienet 36 grad celcius.
