Minnufih għandha titħabbar l-Emerġenza tas-Saħħa Pubblika u jinaħatar Covid Scientific Advisory Board immexxi minn professjonisti tas-saħħa pubblika.
Dawn huma uħud mill-proposti li qed iressaq il-Partit Nazzjonalista hekk kif pajjiżna ta’ kuljum qed jaffaċċja numri kbar ta’ każijiet pożittvi fejn konsegwenza ta’ dan qed ikun hemm piż kbir fuq is-sistema tas-saħħa f’pajjiżna.
F’konfereza tal-aħbarijiet indirizzata mid-Deputati Nazzjonalisti Claudio Grech u Clyde Puli li jiffurmaw parti mill-COVID Action Team tal-PN, ressqu erba’ proposti b’rifless għas-sitwazzjoni tal-pandemija li jinsab għaddej minna bħalissa.
Claudio Grech qal li pajjiżna qed jaffaċċja żminijiet li qed ipoġġuna f’inċertezza kbira. Quddiem dan is-sitwazzjoni l-Partit Nazzjonalista qed ikompli jisħaq li minnufih għandha tisejjaħ emerġenza ta’ saħħa pubblika nazzjonali.
Claudio Grech qal li għandu jitwaqqaf Covid Scientific Advisory Board magħmul minn nies xjentifiċi u professjonisti… li jaħdmu b’mod trasparenti.
It-tielet proposta hi li jkunu stabbilti miri komuni u naraw li dawn il-miri jintlaħqu sal-11 ta’ April… dan sabiex immedjatmanet pajjiżna jerġa’ lura għat-triq tan-normalità.
Quddiem dan kollu għandu jkun hemm trasparenza sabiex in-nies ikunu jafu eżatt x’qed iseħħ. Claudio Grech qal li n-nies huma rrabjati għax ħalsu prezz għoli… fejn sena wara pajjiżna reġa’ spiċċa fl-istess sitwazzjoni li kien fiha.
Min-naħa tiegħu Clyde Puli tkellem dwar in-nuqqas ta’ pjanar tal-Gvern Laburista u l-għebusija tar-ras ta’ Robert Abela. Konsegwenza ta’ dan kollu pajjizna tilef sena fejn seta’ sar ħafna iktar… fejn it-theddida għas-saħħa, l-ekonomija u l-edukazzjoni qed tkompli tikber.
Clyde Puli qal li spiċċajna f’sitwazzjoni fejn kellna niftħu is-sitt ITU u qed ikun hemm posponiment ta’ dversi operazzjonijiet… fejn nistgħu naslu f‘sitwazzjoni fejn it-tobba jkollhom jiddeċiedu min jgħix.
Għal dawn l-aħħar ġimgħat il-PN għamel għadd ta’ proposti foshom it-teleworkng… iżda l-Gvern sema’ minn din il-proposta tard wisq. Quddiem din is-sitwazzjoni l-Partit Nazzjonalista qed jimbotta politika tad-djalogu u sena komun.
//= $special ?>