Il-pandemijja ġabet magħha kemm sfidi kif ukoll opportunitajiet. Hekk iddikjaraw l-Uffiċjal għoli fil-Bank Ċentrali ta’ Malta Aaron George Grech u l-ispeċjalista Ladan Davarzani, waqt konferenza online li saret mill-Bank Ċentrali ta’ Malti dwar it-trasformazzjoni diġitali tas-suq Malti.
Aaron George Grech spjega kif Malta għamlet qabżiet kbar fejn titħol il-bidla diġitali. Speċjalment fejn jidħlu kumpanijji Maltin li jaħdmu fil-qasam tas-servizz – li mill-lejl għan-nhar qalbu l-proċeduri tagħhom biex jkampaw mas-sitwazzjoni tal-COVID-19.
Madankollu, Grech insista għad fadal ħafna xi jsir biex Malta teqleb aktar fuq pjattaformi diġitali, bl-għan li negħlbu r-restrizzjonijiet li għandha fuq pajjiżna inkluż il-pandemija u il-gejografijja li tiżolana mill-kumplament tal-Ewropa.
Davarzani stqarret li diversi negozjanti Maltin li qatt ma kellhom l-interess li jeqilbu għal sistemi digitali, malajr bidlu ħsiebhom, bl-għan li jkomplu bin-negozju tagħhom waqt il-perjodu tal-pandemija.
Davarzani qalet li mir-rapporti li qiegħdin jidħlu rigward is-sistema diġitali, diversi negozjanti qiegħdin jirrapurtaw tkabbir ta’ madwar 40% li qiegħed jnaqqas l-impatt negattiv tal-COVID-19.
Madankollu, hi wissiet li diversi ħwienet, kif ukoll negozji, iltaqgħu ma diversi problemi biex jaħdmu fuq pjattaformi ….inkluż in-nuqqas ta’ informazzjoni u tagħlim biex joperaw fuq dan is-suq il-ġdid.
Ladan Devarzani, bħal Aaron George Grech, iddikjarat l-importanza li n-negozji Maltin jibdew jadattaw u jimxu aktar lejn pjattaformi digitali, bl-għan li s-suq Malti jirkupra aktar malajr mid-daqqa tal-COVID-19.
//= $special ?>