Il-Cabin Crew tal-Air Malta għandhom ikunu mlaqqma minnufih peress li dawn il-ħaddiema jkollhom kuntatt kontinwu ma’ titjiriet li jkunu ġejjin mir-Renju Unit… il-pajjiż fejn oriġina l-varjant il-ġdid tal-COVID-19.
Fi stqarrija l-Union tal-Cabin Crew saħqet li dawn il-ħaddiema kienu fuq quddiem nett matul din il-pandemija globali, fosthom għal titjiriet ta’ ripatrijazzjoni u tal-merkanzija kif ukoll l-ekwipaġġ tal-AirMalta kien kruċjali biex iġib lura provvisti mediċi tant meħtieġa.
Ftit tal-ġimgħat ilu tħabbar li kien imiss lilhom li jieħdu t-tilqima iżda s’issa għadhom ma rċevew xejn.
L-Union tal-Cabin Crew qalet li l-varjant tar-Renju Unit seta’ laħaq pajjiżna biss minn wieħed miż-żewġ punti ta’ dħul, jiġifieri l-ajruport jew il-port, għalhekk il-ħaddiema kellhom jingħataw preċedenza biex jitlaqqmu.
Għalhek quddiem dan kollu l-Union qed titlob sabiex dawn il-ħaddiema ta jitħallewx fl-għama u jingħtaw it-tilqim mill-aktar fis.
//= $special ?>