Lokali

Issa aktar minn qatt qabel jeħtieġ trasport pubbliku b’miżuri effettivi – PN

Ritratt: Arkivji

“Issa li pajjiżna reġa’ daħal fi stat ta’ shutdown temporanju sabiex jiġġieled l-imxija tal-COVID-19, qiegħed jinħass il-bżonn li anke fil-qasam tat-trasport pubbliku jiddaħħlu u jiġu infurzati miżuri li jimmitigaw it-tixrid tal-COVID-19.”

Il-PN permezz ta’ stqarrija minn Toni Bezzina l-Kelliem tal-Oppożizzjoni għat-Trasport u l-Infrastruttura qal li sa mill-bidu tal-pandemija f’Marzu 2020, il-Partit Nazzjonalista ħadem biex jipprovdi s-soluzzjonijiet, inkluż f’dan il-qasam. Il-Gvern għandu jwarrab il-partiġġjaniżmu u jisma’ mill-pariri tal-Oppożizzjoni u tal-istakeholders. Diversi miżuri effetivi li jistgħu jittieħdu b’ mod immedjat jinkludu:

  • Jitpoġġa flixkun sanitiser f’kull karozza tal-linja għall-użu ta’ kull passiġġier fil-bidu u fit-tmiem ta’ kull vjaġġ.
  • Il-kabina tax-xufier għandha tiġi diżinfettata b’mod professjonali kull darba li jinbidel x-xufier.
  • Tindif regolari matul il-ġurnata tal-karozza tal-linja.
  • Ma jittellgħux passiġġieri bilwieqfa.
  • Iktar infurzar sabiex tassew ħadd ma jittella’ bilwieqfa.
  • Tiżdied il-frekwenza tar-rotot l-aktar użati sabiex il-passigieri ma jitħallewx jistennew.
  • Iktar infurzar sabiex ma’ jkunx hemm iffullar fil-vened.
  • Ħlas bi flus kontanti jkun projbit u jsir biss b’Tal-linja Card.

Bid-dħul fis-seħħ b’mod immedjat ta’ dawn il-mizuri, b’infurzar effettiv u bil-kollaborazzjoni ta’ kulħadd, jista’ jkollna transport pubbliku sigur u effettiv.