Lokali Qorti

Ix-xufier ma kienx taħt l-influwenza tax-xorb

Frakass sħiħ, paniku kbir, storbju, biki, għajjat u dmija. Hija din it-testimonjanza li ta it-tabib Jonathan Joslin waqt li quddiem il-Maġistrat Joe Mifsud komplew il-proċeduri kontra is-sewwieq Charles D’Amato ta’ 27 sena minn Ħal Qormi, u l-erba’ Diretturi li kienu jimpjegawh, b’rabta mal-incident tad-double decker li sehh fiz-Zurrieq fl-2018.

Waqt li fil-Qorti kompliet il-kumpilazzjoni…. ġie żvelat kif dakinhar tat-tragedja kellhom imorru aktar minn tim mediku wieħed fil-post tal-inċident biex jagħtu l-ewwel għajnuna.

Jonathan Joslin qal li l-ewwel xena li ra kienet ta’ niesu jibku u jgħajjtu ….f’konfużjoni assoluta.

L-inċident seħħ fid-9 ta’ April tal-2018 wara li xarbank tat-turisti kien laqtet zokk ta’ siġra b’rizultat li kienu mietu Spanjola u Belgjan

Irrizulta wkoll illi meta sar test tal-breathalyser fuq ix-xufier ta’ double-decker li kien nvolut f’dan l-inċident …hu ma testjax pożittiv għax-xorb. Dan ħareġ mix-xhieda li ta l-Ispettur Pierguido Saliba.

L-Ispettur li kien jaħdem mas-sezzjoni tat-Traffiku spjega kif kien sar test tal-alkoħol fuq ix-xufier u ħareġ li kien ‘clean’.